L-Imħabba Kelma Kbira Wisq minn The Travellers (feat. Ira Losco)
Membri tal-Band:
Clayton Bonello
Michael Camilleri
Chris Gatt
Sylvano Mizzi
Andrew Vella
Joseph Xerri
Rikording u Produzzjoni: Jagged House Studios
Arranġament Orkestrali: Aurelio Belli
Vjolinċell: Frank Camilleri
Vjolin: Agnieszka Kuzma
Vjola: Ester Garcia Salas
Direttur: Steven Levi Vella
Produzzjoni: LEVIPLUS.
Direttur tal-Istampa: Victor Abela
Fotografija: Albert Camilleri
Grip: John Preca Trapani
Gaffer: Duminku Attard
Irtokk: Deandra Bugeja
Xagħar: Lune Noire
Ira Losco:
Ilbies: Luke Azzopardi
Irtokk: Diane Nikolic
Xagħar: Privé
Nies Involuti:
Dawn Bugeja
Ria Azzopardi, Ineke Meli, Petra Genuis, Trijntje Bergsma
Keith Demicoli u Alexia Demicoli
Claire Agius Ordway u Robert Tabone
Aurelio Belli
Maya Sesay
Anthea Zammit u Brian Bonnici
Charles & Ron
Kurt Zammit Freeman u Glen Zammit Freeman
Brendon Vella
Danita Camilleri u Lenie Camilleri
Seed Dance Company
Lirika:
Waqt li nara s-skiet tal-lejl nagħfas idi biex inħoss idejk,
Insikket qalbi biex nisma’ l-kwiet
U nħares dritt ġewwa għajnejk, il-baħar ikkalma lixx daqs żejt
U nneħħi d-dmugħ minn fuq xufftejk.
L-imħabba kelma kbira wisq, definizzjoni ma ssibilhiex iżda għalija hija int,
Xejn ma jżommni li ta’ kuljum nibqa’ hawn f’ħalq l-iljun, sitwazzjoni tkun li tkun.
Tawwalt idi għal bosta snin, illużjoni ta’ telf ta’ ħin
Li ħadt lura kien biss fin,
Xatt mimli ramel ta’ fidda, riħ iwassal deheb ta’ firda,
Xkiel huwa biss dan il-ġid.
L-imħabba kelma kbira wisq, definizzjoni ma ssibilhiex iżda għalija hija int,
Xejn ma jżommni li ta’ kuljum nibqa’ hawn f’ħalq l-iljun, sitwazzjoni tkun li tkun.
Jien ma stajtx insib kliem, jien pruvajt,
indunajt, li mingħajrek ma ngħixx
B'hekk jien ktibt dan il-kliem, melodija ta' ġmiel
B'hekk jien ngħid
L-imħabba kelma kbira wisq, definizzjoni ma ssibilhiex iżda għalija hija int,
Xejn ma jżommni li ta’ kuljum nibqa’ hawn f’ħalq l-iljun, sitwazzjoni tkun li tkun.